Join for FREE | Take the Tour Lost Password?
[x]

deviantART

 
Creative Commons License
Some rights reserved. This work is licensed under a
Creative Commons Attribution-Noncommercial-No Derivative Works 3.0 License.
:iconjipazz:

Artist's Comments

Riċetta

......................... lill-Kid

Immaġina swaba tal-ħġieġ
pjanu tal-ħġieġ
sikkina tal-ħġieġ
tojlit pejper tal-ħġieġ bid-demm miegħu
petne tal-ħġieġ
minuti tad-dqiq
dell iswed isawwat dell ieħor
xita ta' ħġieġ
immaġinani niekol dubbiena
l-inka mill-qamar
napkin bis-sadid
Bach b'sormu barra
iġerrieh mill-ġewwa tiegħu
riħa ta' ħabs
ħabel ta' qanpiena
flixkun ta' l-ilma mtaqqab
l-aħħar ħarsa ta' wieħed ħa jitgħallaq
it-tmiem ta' soru
verġni żverġnata
pitazz magħluq
pjazza mejta
sieq waħda
kelma waħda
lazz maħlul
bank vojt
buttuna miftuħa
il-mewt ta' ommok
id-disinn f'idejn missierek
it-tfal jilagħbu
b'għasfur mejjet
kollox tal-ħġieġ
kollox talba waħda
miżien wieħed
somma waħda
........============*************************
ħajja waħda

Ċali Grima
-------------------------
blogspot Rota Roza - Poeżiji ta' Ċali Grima
[link]

Comments


love 0 0 joy 0 0 wow 0 0 mad 0 0 sad 0 0 fear 0 0 neutral 0 0
No comments have been added yet.

Details

September 2, 2007
2.2 MB
58.6 KB
400×533

Statistics

0
0
206 (0 today)
1 (0 today)

Camera Data

FUJIFILM
FinePix S5600
1/343 second
F/4.5
12 mm
64
Jan 4, 2005, 11:01:20 PM

Share

Link
Embed
Thumb

Site Map